Somalu ta’ 44 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, spiċċa rikoverat fl-Isptar Mater Dei wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu mar minn jeddu għall-kura.
Dan ġara għall-ħabta tas-02.30 fejn il-pulizija kienet infurmata li r-raġel mar għall-kura minn jeddu u qal li kien safa attakkat f’Paceville.
Ir-raġel ġie rrilaxxat ftit tal-ħin wara minħabba li ma kellu ġrieħi serji.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-allegazzjonijiet li għamel ir-raġel. Aktar dettalji ‘il quddiem.