Raġel ta’ 39 sena, residenti r-Rabat, ittieħed l-isptar Mater wara li kellu impatt bil-vettura tiegħu ma’ siġra fl-Imrieħel.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 ta’ wara nofisnhar meta għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu b’konsegwenza ta’ hekk kellu impatt ma’ siġra fil-Bypass tal-Imrieħel.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.