Raġel indarab gravi filwaqt li tifel ta’ sentejn u raġel ieħor indarbu ħafif wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Marsa
Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-6:15 fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija tad-Distrett u dawk mis-sezzjoni tat-traffiku marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Ist misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti San Ġwann u Toyota Ractis misjuq minn raġel minn Netherlends ta’ 35 sena residenti Raħal Ġdid. Fil-vettura Ractis kien hemm ukoll tifel ta’ madwar sentejn.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-midruba. It-tliet persuni ttieħdu l-Isptar Meter Dei permezz t’ambulanza u aktar tard ir-raġel ta’ 35 sena u t-tifel ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief filwaqt li r-raġel ta’ 31 sena sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.