Raġel ta’ 27 sena residenti n-Naxxar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li baqa dieħel fi crash barrier.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 13.00 fi Triq Burmarrad, Burmarrad.
It-taqsima tal-Protezzjoni Civili issejħet fuq il-post biex joħorġu lis-sewwieq min ġol-vettura.Fuq il-post issejħet ukoll ambulanza li ħadet lis-sewwieq lejn l-Isptar Mater Dei għal kura.
Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
Ritratt: TVM