Raġel ta’ 40 sena li jogħqod Ħal Qormi qiegħed isoffri min ġrieħi ta’ natura gravi wara inċident bil-mutur.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Reġjonali f’Santa Venera.
Mill-ewwel stħarriġ li sar jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Aprilia, meta nqeleb bih.
Ir-raġel ittieħed l-isptar għal kura, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għandhom għaddejjin.