Raġel ta’ 53 sena mill-Imsida ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur f’San Ġwann.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-9:40am fi Triq Sir Anthony Mamo f’San Ġwann meta seħħ impatt bejn mutur tat-tip Honda misjuq mir-raġel u karozza misjuqa minn mara ta’ 38 sena minn Ħ’Attard.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.