Raġel indarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur bil-konsegwenza li baqa’ dieħel fi trailer.
ll-każ seħħ llum, għall-ħabta tas-6:15 ta’ filgħodu fil-parkeġġ tal-Addolorata, f’Raħal Ġdid.Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Raħal Ġdid marru fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 34 sena, residenti l-Mosta, għal xi raġuni tilef il-kontrol tal-mutur Yamaha li kien qed isuq u kellu mpatt ma’ trailer.
Fuq il-post issejħet ambulanza biex tieħu lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratti u Filmati: Alex Borg