Raġel ittieħed l-isptar Mater Dei wara li dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku b’mutur fil-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu f’Vjal l-Indipendenza fil-Mosta meta vettura tat-tip Vauxhall Astra misjuqa minn anzjan ta’ 73 sena residenti l-Mosta għal xi raġuni mhix magħrufa kellha impatt ma’ mutur tat-tip Honda CB 400 misjuq minn raġel ta’ 48 sena residenti San Ġwann.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.