Sewwieq ta’ mutur ta’ 52 sena li jgħix San Ġwann weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur fil-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:00 fil-bidu tal-Marsa-Ħamrun Bypass, viċin it-telgħa magħrufa bħala tal-Kavallerija, meta l-mutur li kien qed jinstaq mir-raġel għal xi raġuni ħabat mal-bankina bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’ħajt.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.