Pulizija iddaħħal l-isptar għall-kura wara li s-Sibt waranofsinhar kien involut f’inċident tat-traffiku b’mutur f’Ħal-Kirkop. Ir-raġel ingħata l-ewwel assistenza minn persuni li kienu għadejjin fit-triq sakemm eventwalment wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Il-Pulizija ttieħed l-isptar għall-kura permezz t’ambulanza.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.