Raġel ta’ 26 sena, residenti ż-Żurrieq ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura permezz ta’ ambulanza wara ħabta fit-Triq Santa Katerina ż-Żurrieq. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Toyota Vitz misjqua minn mara ta’ 25 sena, residenti l-Floriana u mutur tat-tip Ħonda misjuq mir-raġel li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Dwar l-inċident għadha għaddejja l-investigazzjoni tal-pulizija. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.