Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabta f’siġra f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-15:45 fi Triq l-Imdina f’Ħ’Attard meta għal xi raġuni x-xufier, raġel ta’ 44 sena mis-Swieqi tilef il-kontroll tal-vettura tal-għamla Ford Transit bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’siġra.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lix-xufier l-isptar Mater biex jingħata l-kura meħtieġa.
Hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.