Belti ta’ 26 sena u raġel ieħor ndarbu gravi wara li kienu involuti f’ħabta frontali f’Ħal Far.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tat-tlieta ta’ w aranofsinhar fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa minħabba li kien għadu kem m seħħ inċident tat-traffiku.Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li għal xi raġuni seħħet ħabta frontali bejn truck tat-tip Leyland DAF misjuq minn raġel ta’ 60 sena, residenti Ħal Qormi u karozza tat-tip Toyo ta Vitz misjuqa minn żagħżugħ ta’ 26 sena li joq għod il-Belt Valletta.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu minħabba li ż-żagħżugħ kien maqbud fil-vettur a kawża tal-impatt.
Iż-żewġ xufiera ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u iktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li t-tnejn li huma ġew iċċertifikati l i qegħdin isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.