Għall-ħabta tal-11.00 sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara wara ħabta bejn karozza u mutur. L-inċident seħħ fi Vjal il-Labour, in-Naxxar.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn karozza tat-tip Peugeot misjuqa minn żagħżugħa ta’ 19-il sena residenti l-Iklin u mutur tat-tip Honda misjuq minn raġel ta’ 37 sena residenti n-Naxxar.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.