Taljan ta’ 43 sena li jgħix Santa Venera weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-18:30 fil-bypass tal-Imrieħel f’Ħal Qormi.
Jirriżulta li seħħet ħabta bejn Nissan misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 minn Ħad-Dingli, u Smart misjuqa mill-vittma.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.