Raġel ittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident bejn tliet vetturi fl-Imsida.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq Reġjonali fl-Imsida meta l-vittma kien involut f’ħabta bejn tliet vetturi, fosthom Ford Focus misjuqa minn mara ta’ 35 sena mir-Rabat Għawdex, BMW misjuqa minn raġel ta’ 31 sena mis-Swieqi u Honda Civic misjuqa minn raġel ta’ 42 sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn li ħadet lix-xufier tal-BMW l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Ritratt: MRTU