Ħabta bejn mutur tat-tip Yamaha misjuq minn raġel ta’ 26 sena, residenti Bormla u Toyota vitz li kienet misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti Pembroke seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6.45.
Il-Pulizija ġew infurmati b’dan l-inċident tat-traffiku fi Triq l-Għassara tal-Għeneb, il-Marsa u marru minnufih fuq il-post.
Ir-raġel ta’ 26 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.