Għall-ħabta tad-8:45a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha, fi Triq il-Kulleġġ l-Antik, Tas-Sliema.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 86 sena residenti Tas-Sliema kien waqa’ minn għoli ta’ ‘il fuq minn sular f’residenza li fiha qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni. Jidher li l-vittma, mal-waqgħa ġie ġo xaft ta’ lift.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.