Raġel ta’ 42 sena qed isofri minn ġrieħ gravi wara li ttajjar fi Triq il-Kulleġġ l-Antik, San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.15am meta r-raġel intlaqat minn vettura misjuqa minn Sud Afrikan ta’ 31 sena residenti Santa Venera.
Ir-raġel ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għall-kura.