Raġel ta’ sebgħa u sebgħin sena minn Ħaż-Żabbar ittieħed l-Isptar Mater Dei hekk kif sofra minn ġrieħi gravi wara inċident fil-Birgu.
L-inċident seħħ fid-disgħa nieqes għaxra ta’ filgħodu. Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post, u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-anzjan tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu, u ħabat ma’ karozza oħra li kienet ipparkjata.
Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku li ħadet lir-raġel l-isptar f’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.