Raġel ġie arrestat wara attentat ta’ qtil, wara li saq karozza ġo nightclub f’ Kent l-Ingilterra.
Jidher li diversi persuni weġgħu madankollu l-kundizzjonijiet tagħhom għadha mhux magħrufa. Il-każ seħħ il-bieraħ filgħaxija għal ħabta ta’ nofs il-lejl neqsin kwart u filmat juri l-karozza f’ nightclub fi Blake.
Jidher lix-xufier tal-karozza ħarab minn fuq il-post madankollu huwa nqabad ftit tal-ħin wara u qed jinżamm arrestat mill-Pulizija.
Persuni li kienu fuq il-post qalu li allegatament il-persuna ma’ tħalliex jidħol fl-istabilliment u għalhekk iddeċieda li jsuq il-vettura tiegħu 4×4 fl-istess stabilliment.
Kelliema għall-awtoritajiet ikkonfermaw li dan il-każ mhux qed jiġi trattat bħala wieħed terroristiku.