Inċident xokkanti f’Auckland New Zealand ħalla żewġ persuni mejtin wara li raġel armat b’senter daħal ġo sit tal-kostruzzjoni fiċ-ċentru tal-belt.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru ta’ New Zealand, Chris Hipkins ħabbar li tlett persuni tilfu ħajjithom, inkluż l-aggressur li nqatel mill-forzi tal-ordni, filwaqt li bosta persuni oħra qed isofru ġrieħi serji. Intant il-Prim Ministru rringrazzja l-pulizija li b’kuraġġ affrontaw l-aggressur u pproteġew il-pubbliku minn aktar tixrid ta’ demm.
Is-suspettat, li ma’ kellux permess biex iġorr arma, kien taħt ordni ta’ detenzjoni fir-residenza tiegħu, iżda kellu permess li joħroġ minn daru biex jidħol ix-xogħol. L-Awtoritajiet jemmnu li l-inċident seta’ kellu x’jaqsam mal-post tax-xogħol tiegħu.
Minkejjja t-traġedja, uffiċjali tal-pajjiż assiguraw lill-pubbliku li t-tazza tad-dinja tal-football tan-nisa se ssir skont kif inhu skedat, iżda se jkun hemm żieda ta’ sigurtà fil-belt.
Il-komunità internazzjonali, inkluż l-organizzaturi tat-tazza tad-dinja taw il-kondoljanzi tagħhom lill-vittma tal-familja u l-poplu ta’ New Zealand.