Raġel ta’ 30 sena xtara l-pjattaforma tal-Arġentina ta’ Google fi rkant li dam għaddej sagħtejn fl-aħħar jiem. Din swietu biss maż-€2.
Nicolas Kurona qed jgħid lill-midja tal-pajjiż li kiseb il-pjattaforma b’mod normali u legali, anke jekk ħaseb li qatt ma kien se jirnexxilu.
Qal ukoll li kollox beda meta kien għaddej fuq xogħlu bħala disinjatur tas-siti elettroniċi għal klijent partikolari, u beda jirċievi messaġġi li s-sit Google ma kienx qed jaħdem.
Minn hemm żar is-sit tal-organizzazzjoni li fl-Arġentina hija responsabbli mill-komunikazzjoni, u sab li Google Arġentina kienet għall-bejgħ.