Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ f’Għajn Tuffieħa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar fi Triq Għajn Tuffieħa, l-Imġarr.
Fuq il-post intalbet l-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati ta’ Malta li tellgħu lill-vittma permezz ta’ ħelikopter.
Tim mediku ħa lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, filwaqt li l-kundizzjoni medika tiegħu s’issa għadha mhux magħrufa.
Hu mifhum li qabel seħħ l-inċident ir-raġel kien qiegħed jagħmel trekking.