Raġel ta’ madwar 50 sena, ittieħdet l-isptar Mater Dei, wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum fl-inħawi ta’ Għar id-Dud, f’Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili, tal-Forzi Armati ta’ Malta, membri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar, u tim mediku li għenu biex ir-raġel jittella’ mill-baħar.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.