Raġel ta’ 33 sena residenti Birkirkara ittieħed l-isptar Mater Dei għall-aktar kura wara li ntlaqat minn vettura fi triq biswit Triq l-Avjazzjoni, Ħal Luqa.
Il-każ seħħ aktar kmieni waranofsihar meta għal xi raġuni mara’ ta’ 49 sena residenti l-Imsida li kienet qed issuq vettura tat-tip Toyot Duet laqtet lill-vittma li aktarx hu ta’ nazzjonalità barranija.
Fuq il-post assistew diversi uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Tim mediku assita lill-vittma li aktar tard ittieħed b’ambilazna l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktarx il-vittma ma sofriex minn ġrieħi gravi.