one.com.mt jinsab infurmat li raġel ta’ 45 sena minn Birkirkara ttieħed l-isptar wara li kien miexi bejn żewġ vetturi tal-kostruzzjoni, waħda minnhom niżlet ‘l isfel b’konsegwenza li r-raġel inqabad bejn iż-żewġ vetturi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 ta’ dalgħodu fi Triq il-Peprin fil-Mellieħa.
Fuq il-post isejħet l-għajnuna tal-Pulizija u tim mediku li ħadu l-irġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.