Raġel ittieħed l-isptar wara inċident bil-mutur f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ filgħodu fi Triq in-Naxxar f’Birkirkara. Fuq il-post assistew Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u ambulanza mill-Isptar Mater Dei.
Ix-xufier tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Aktar dettalji malli jaslulna.