Rumen ta’ 42 sena li joqgħod Tas-Sliema ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura wara li ħabat bil-vettura tal-għamla Hyundai i10 li kien qiegħed isuq ma’ karozza tat-tip Peugeot misjuqa minn Taljan ta’ 21 sena li joqgħod Maraskala.
Bl-impatt il-karozza misjuqa mir-Rumen baqgħet dieħla f’karozza tal-għamla BMW 316 li fil-ħin tal-inċident kienet imparkjata.
L-inċident seħħ fi Triq Depiro Tas-Sliema għall-ħabta tad-8:45 tas-Sibt filgħaxija.
Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Filmat: Da Mas/ Facebook