Raġel ta’ 39 sena minn Wied il-Għajn ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gudja.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ filgħodu fi Triq Dawret il-Gudja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur u karozza misjuqa minn mara ta’ 37 sena.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar.
Ir-raġel li kien qed isuq il-mutur għandu ġrieħi gravi.