Illum, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu seħħ inċident fix-Xatt tal-Imġarr, Għawdex.
Irlandiża ta’ 26 sena kienet qiegħda ssuq Ford Ka, u xħin waslet fuq ir-rampa tal-vapur, tilfet il-kontroll, mxiet lura u laqtet raġel ta’ 30 sena mill-Greċja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.