Żagħżugħ Pollakk ta’ 21 sena, li qiegħed fuq btala f’pajjiżna, ittella’ minn taħt l-irdum fil-Majjistral tal-pajjiż f’operazzjoni delikata mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili t-Tnejn waranofsinhar.
ONE News jinsab informat li ż-żagħżugħ kien isfel qalb l-irdum, flimkien ma’ żewġ persuni oħrajn meta ħassu ħażin u ma setax jitla’ lura.
Tim mediku assista lir-raġel fuq il-post, waqt li wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni.
ONE News kien fuq il-post fejn seta’ jara lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li rabtu l-ħbula biex ikun jista’ jittella’ l-vittma permezz ta’ stretcher.
Bosta ħaddiema tas-salvataġġ bdew jiġbdu l-ħabel biex il-barrani jittella’ bosta sulari minn fejn kien.