Għall-ħabta tal-17:15, il-pulizija ġiet mitluba l-assistenza fiż-żona ta’ Fra Ben fil-Qawra hekk kif instab raġel mitluf minn sensieh fil-baħar.
Ir-raġel ta’ 60 sena mill-Bożnija-Ħerżegovina li joqgħod San Pawl il-Baħar ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku wara li żewġ persuni li kienu fuq blat fil-viċinanzi tellgħuh l-art.
Ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei sabiex jingħata kura meħtieġa u aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.