Raġel Ingliż ta’ 76 sena tilef ħajtu traġikament wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum fil-bajja tal-Armier.
ONE NEWS jinsab informat li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart, meta għadd ta’ għawwiema nnotaw lir-raġel wiċċu ‘l isfel fl-ima.Xhieda fuq il-post żiedu jgħidu li l-vittma kien qiegħed jgħum ma’ bintu.
Infermieri li nzertaw fuq il-post bdew is-CPR sakemm wasal tim mediku mill-isptar Materi Dei biex jassisti lill-vittma.
Huwa ttieħed minnufih l-isptar sabiex jingħataw l-kura, iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech li ħatret għadd ta’ esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjinDin hija t-tieni fatalità fil-baħar fi żmien ġimgħa, wara li ftit tal-jiem ilu raġel tilef ħajtu waqt li kien qed jgħum fid-Dwejra, Għawdex.