Dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Xrob l-Għaġin, iż-Żejtun.
Raġel ta’ 69 sena, intlaqat minn Isuzu Elf li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 62 sena. Iż-żewġt’irġiel huma residenti ż-Żejtun stess. Ir-raġel ta’ 69 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji. Aktar tard wara nofsinhar, ir-raġel tilef il-battalja kontra l-mewt.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.