Raġel ta’ 30 sena miż-Żimbabwe qed isofri minn ġrieħi gravi wara li intlaqat minn vettura tat-tip Toyota Auris, misjuqa minn mara ta’ 63 sena, residenti s-Swieqi.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.45p.m, fi Triq San Ġwakkin, fl-inħawi taż-żona industrijali tal-Imrieħel.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.