Raġel ta’ 38 sena safa milqut minn vettura tat-tip Toyota Yaris misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena residenti Ħal Safi. Għall-ħabta tad-disgħa u nofs il-bieraħ filghaxija, il-Pulizija tad-distrett ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħha fi Triq il-Knisja, San Ġiljan.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel Ungeriż l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Dwar dan il-każ għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet tal-pulizija.