Indjan ta’ 34 sena li jgħix il-Marsa, wieġeb mhux ħati għal akkużi ta’ ħasil ta’ flus.
Quddiem il-Maġistrat Victor Axiak, l-imputat tressaq il-Qorti akkużat b’ħasil ta’ flus u li żamm għandu proprjetà misruqa.
Għalkemm ma ħarġux dettalji fis-seduta tal-lum, huwa mifhum li l-akkużi huma marbuta ma’ skema frodulenti ta’ investiment.
L-akkużat ilu jgħix Malta tmien xhur, u anki l-mara tiegħu u oħtu jgħixu f’pajjiżna.
Huwa nħeles mill-arrest fuq depożitu ta’ ħamest elef ewro u garanzija personali ta’ għoxrin elf ewro, flimkien mal-kundizzjoni li jiffirma fl-għassa darbtejn f’ġimgħa.