Raġel ta’ 35 sena nħeles mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati għal sensiela ta’ serqiet.
Il-każijiet ivarjaw minn serq mingħand residenti f’lukandi, xufiera tat-taxis u raġel li jqassam l-ikel.
L-allegat serqiet seħħew f’temp ta’ xahrejn bejn Settembru u Novembru tas-sena li għaddiet.
Matthew Camilleri allegatament wettaq is-serqiet f’diversi forom fosthom b’serq ta’ kards bankarji, oġġetti personali u anki flus kontanti.
Fi żmien dawn is-serqiet, huwa kien diġà ingħata l-ħelsien mill-arrest mill-Qorti fuq każijiet oħra.
L-akkużat ġie ordnat jiffirma kuljum f’għassa tal-Pulizija u joħroġ biss bejn il-ħdax ta’ filgħodu u t-tlieta ta’ waranofsinhar, u nħeles mill-arrest fuq garanzija personali ta’ għaxart elef ewro.