Fi stqarrija mill-Pulizija, intqal li kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-ħamsa, raġel ta’ 34 sena residenti l-Qrendi kien qiegħed isuq Ford Fiesta meta tilef il-kontroll u ħabat f’arblu tad-dawl fi Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa.
Fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ tim mediku, u minn eżami mediku li sar aktar tard fl-Isptar Mater Dei, irriżulta li x-xufier weġġa’ b’mod gravi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI