Raġel ta’ 45 sena minn Bormla tilef ħajtu traġikament wara li ftit qabel is-19:30 tal-Ħamis filgħaxija waqa’ f’shaft.
L-inċident seħħ fi blokka fi Triq tal-Mensija f’San Ġwann, u investigazzjonijiet preliminari wrew li r-raġel waqa’ fix-shaft wara li ngħalaq fuq il-bejt. X’aktar pprova jiddendel biex jidħol minn tieqa t’uffiċċju li hemm fl-istess shaft u ma rnexxilux bil-kawża li tilef ħajtu.
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament il-vittma kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, u nfetħet inkjesta Maġisterjali dwar iż-żewġ każijiet.