Raġel ta’ sittin sena min-Nadur Għawdex tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ minn fuq il-bejt tad-dar tiegħu għal ġox-xaft tas-sit.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu fi Triq id-Duru.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sfortunatament, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Brigette Sultana li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.