Raġel ta’ 43 sena tilef ħajtu wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fit-taraġ.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħodu, f’dar fi Triq id-Dejma, iż-Żejtun.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku b’ambulanza ssejħu fuq il-post sabiex jassistu, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.