Raġel tilef ħajtu u tmien persuni ndarbu wara li van nstaq għal fuq persuni biswit moskea f’Londra.
Il-każ seħħ ftit wara nofsillejla meta l-vann tela fuq bankina u nstaq għal fuq grupp ta’ persuni. Il-Pulizija Ingliża arresta raġel ta’ tmienja u erbgħin sena.
Uffiċjali li jirrispondu għall-attakki terroristiċi marru fuq il-post u kkonfermaw li ma kienx inċident, iżda attakk intenzjonat.
Il-maġġoranza tal-vittmi kienu għadhom kif ħarġu minn sessjonijiet ta’ talb mill-Moskea ftit wara li temmew is-sawm tar-Ramadan.
Il-Kunsill Ingliż għall-Musulmani qal li l-attakk kien wieħed Izlamofobiku u talab għal sigurt.a fiż-żona tal-Moskea. Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May se tkun qed tlaqqa laqgħa b’urġenza u qalet li l-pulizija qed tħares lejn il-każ bħala attakk terroristiku.