Malti tilef ħajtu aktar kmieni llum wara li lbieraħ filgħaxija nstab mitluf minn sensieh fiċ-ċella tiegħu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Fi stqarrija, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi spjegat li żewġ uffiċjali tal-ħabs pruvaw jagħtu l-ewwel għajnuna lill-vittma sakemm waslet l-ambulanza fuq il-post. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-osservazzjoni fejn aktar kmieni llum, ġie ċċertifikat mejjet.
Filwaqt li għaddejja investigazzjoni interna skont il-proċeduri stabbiliti, dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.