Raġel ta’ 46 sena tilef ħajtu wara li nqabad taħt moħriet f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq Tal-Bajjada, Ħal Qormi.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li għal xi raġuni raġel ta’ 46 sena li jgħix Ħal Qormi nstab maqbud taħt moħriet. Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.