Niġerjan ta’ 34 sena tilef ħajtu wara li nqabad bejn xi prodotti u makkinarju waqt li kien qed iħott l-istess prodotti f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta tal-lejla, f’fabbrika fi Triq is-Santwarju tal-Ħlas.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti, iżda l-ħaddiem sfortunament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Dwar dan il-każ ġie informat il-Maġistrat Philip Galea Farrugia li fetaħ inkjesta, waqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija u dawk tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.