Raġel ta’ 59 sena minn Raħal Ġdid tilef ħajtu wara li l-ġimgħa l-oħra waqa’ minn għoli f’Wied il-Għajn.
Huwa miet dalgħodu ġewwa l-Isptar Mater Dei.
Dan l-inċident sfortunat seħħ il-Ħamis filgħaxija tal-ġimgħa l-oħra fi Triq Ġebel Ħanxul, Wied il-Għajn.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel waqa’ minn għoli ta’ madwar sular minn gallarija.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Dwar dan il-każ kienet infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia.