Ġermaniż ta’ 56 sena tilef ħajtu wara li lbieraħ waranofsinhar sab diffikultà waqt li kin qed jgħum f’Marsalforn, Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:00 il-Ħadd waranofsinhar meta r-raġel talab l-għajnuna fi Triq Għar Qawqla, Għawdex. Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura fejn ġie kkonfermat li kien qed isofri minn ġrieħi serji.
Iktar tard, għall-ħabta tat-20:00, kien ikkonfermat li r-raġel tilef ħajtu.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa P.Coppini li ħatar diversi esperti biex jgħinuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.