Raġel ta’ 60 sena mix-Xagħra Għawdex tilef ħajtu f’inċident traġiku wara li ħabat bil-karozza ġo ħajt fir-Rabat, Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:20 ta’ wara nofsinhar fi Triq is-Sellum, ir-Rabat Għawdex.
Immedjatament fuq il-post mar tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.